ICYMI: 1849: Lezzjoni Qasira
1 Ġw. 1, 1-2
Dak li kien mill-bidu, dak li aħna smajna, li rajna b'għajnejna, li lejh harisna u li messew idejna, jiġifieri l-verb, il-kelma tal-ħajja, dan se nxandrulkom. Għax…
#LezzjoniQasira #IlKelmaTalHajja #GħandilMissier #IlVerbSarBniedem #ResponsorjuQasir
1849
Lezzjoni Qasira
1 Ġw. 1, 1-2
Dak li kien mill-bidu, dak li aħna smajna, li rajna b'għajnejna, li lejh harisna u li messew idejna, jiġifieri l-verb, il-kelma tal-ħajja, dan se nxandrulkom. Għax il-ħajja wriet ruħha u aħna rajnieha u qegħdin nixhdu għaliha. Qegħdin inxandrulkom il-ħajja ta' dejjem li kienet għand il-Missier u li wriet ruħha lilna. Il-Kelma tal-Mulej.
Inroddu ħajr lil Alla.
Responsorju Qasir
V. Il-Verb sar bniedem * u għammar fostna.
Kelma għażiża...
Dan kien fil-bidu ma’ Alla. *
U hu jgħammar fostna.
Glorja lill-Missier...
Kelma għażiża...
V. II-Verb sar bniedem, *
u għammar fostna.
Il-Verb sar bniedem...
R. Hu kien fil-bidu ma' Alla. *
U għammar fostna.
Glorja...
Il-Verb sar bniedem...
4
Antifona tal-Kantiku ta' Marija
L-Ispirtu s-Santu jinżel fuqek, Marija, u l-qawwa tal-Aktar Għoli tgħattik.
L-Ispirtu s-Santu jiġi fuqek, Marija, u l-qawwa ta' l-Għoli tixhet id-dell tagħha fuqek.
Magnificat
Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej, *
u l-ispirtu tiegħi feraħ f’Alla s-Salvatur tiegħi;
għax ħares lejn l-umiltà tal-qaddejja tiegħu, * għax ara, minn issa ’l quddiem kull nisel isejjaħli hienja.
Ruhi tfahhar il-kobor tal-Mulej,
u l-ispirtu tiegħi jifrah f'Alla s-salvatur tiegħi,
għax hu xehet għajnejh
fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu. * Iva, minn issa 'l quddiem kull nisel isejjaħli hienja.
33