#NerfguQlubna
ICYMI: 1238: Nerfgħu qlubna 'l fuq. Nerfghuhom lejn il-Mulej. Niżżu ħajr lill-Mulej Alla tagħna. Hekk sewwa u xieraq.

Sewwa u xieraq tassew, Mulej, Missier qaddis, Alla ta' dejjem li tista' kollox, tajjeb u ta' ġid għas-salvazzjoni tagħna li dejjem u… #Kultura #Fidi #Dua #NerfguQlubna #Marija
1238
Nerfgħu qlubna 'l fuq. Nerfghuhom lejn il-Mulej. Niżżu ħajr lill-Mulej Alla tagħna. Hekk sewwa u xieraq. Sewwa u xieraq tassew, Mulej, Missier qaddis, Alla ta' dejjem li tista' kollox, tajjeb u ta' ġid għas-salvazzjoni tagħna li dejjem u kullimkien inroddulek hajr. Għaliex int sibt il-għaxqa tiegħek, b'mod singulari, fil-Verġni Marija: hi dejjem fittxet li tagħmel ir-rieda tiegħek għas-salvazzjoni tagħna u tat ruħha kollha kemm hi għall-opra ta' Binha hija u taqdi b'fedeltà sħiħa l-misteru tal-fidwa; għalhekk, għax qdiet ħafna 'l Kristu, ingħatalha ħafna ġieh; u hi li sejħet lilha nfisha qaddejja tiegħek, int għollejtha u għamiltha sultana glorjuża ħdejn Binha, biex, bħala ministru ta' tjieba, tidħol għalina bil-ħniena kollha tagħha. Għalhekk ma' l-angli u l-qaddisin kollha infaħħruk u ntennulek bla heda: Qaddis, qaddis, qaddis, Mulej Alla ta' l-eżerċti, is-smewwiet u l-art mimlija bil-glorja tiegħek. Hosanna fl-għoli tas-smewwiet. Imbierek min ġej f'isem il-Mulej. Hosanna fl-għoli tas-smewwiet. Antifona tat-Tqarbin Int Alla Sidi hares lejja u henn għalija, salva l-iben tal-qaddejja tiegħek. 10 Salm 86(85), 15-16
ilpolz.substack.com
July 25, 2025 at 11:21 AM