#SanLuqa
0825: L-Evanġelju

Int se tnissel fi ħdanek u jkollok iben.

Qari mill-Evanġelju ta' San Luqa.

Lq. 1, 26-38

F'dak iż-żmien: L-anğlu Gabriel kien mibgħut minn Alla f'belt tal-Galilija, jisimha Nazaret, għand xebba mgħarrsa ma' raġel jismu Ġużeppi, mid-dar… #Evanġelju #SanLuqa #Marija #Ġesù #Gabriel
0825
L-Evanġelju Int se tnissel fi ħdanek u jkollok iben. Qari mill-Evanġelju ta' San Luqa. Lq. 1, 26-38 F'dak iż-żmien: L-anğlu Gabriel kien mibgħut minn Alla f'belt tal-Galilija, jisimha Nazaret, għand xebba mgħarrsa ma' raġel jismu Ġużeppi, mid-dar ta' David; u x-xebba kien jisimha Marija. Dahal għandha u qalilha: "Sliem għalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek." Għal dan il-kliem thawdet, u bdiet tithasseb bejnha u bejn ruħha x'setgħet tfisser dik it-tislima. Iżda l-anglu qalilha: "Tibżax, Marija, għax int sibt grazzja quddiem Alla. Ara, inti se tnissel fi ħdanek u jkollok iben u ssemmih Ġesù. Hu jkun kbir, u jkun jissejjaħ Bin il-Għoli, u l-Mulej Alla jagħtih it-tron ta' David missieru; u jsaltan fuq dar Ġakob għal dejjem, u s-saltna tiegħu ma jkollhiex tmiem." Iżda Marija qalet lill-anglu: "Kif ikun dan, ladarba ma nagħrafx raġel?" Weġibha l-anglu u qalilha: "L-Ispirtu s-Santu jiġi fuqek, u l-qawwa ta' l-Għoli tixħet id-dell tagħha fuqek; u għalhekk dak li jitwieled minnek ikun qaddis u jkun jissejjaħ Bin Alla. U ara, il-qariba tiegħek Elizabetta, hija wkoll nisslet iben fi ħdanha, u dan huwa s-sitt xahar għaliha li kienu jgħidu li ma jistax ikollha tfal; għax għal Alla ma hemm xejn li ma jistax isir." Imbagħad qalet Marija: "Hawn jien il-qaddejja tal-Mulej; ha jsir minni skond kelmtek!" U l-anglu telaq minn ħdejha. Il-Kelma tal-Mulej. Tifhir lilek Kristu. Kredu Nemmen f’Alla wieħed missier li jista’ kollox il-ħallieq tas-sema u l-art, tal-ħwejjeġ kollha viżibbli, u tal-inviżibbli. 42 Jiena nemmen f'Alla wieħed, il-Missier li jista' kollox, li ħalaq is-sema u l-art, dak kollu li jidher u dak li ma jidhirx.
ilpolz.substack.com
August 16, 2025 at 8:48 AM